Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2023 – Romagnoli Fratelli vs CPVO

(Kawża T-2/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Romagnoli Fratelli SpA (Bologna, l-Italja) (rappreżentanti: E. Truffo u A. Iurato, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-CPVO

Drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti kkonċernati: Varjetà Melrose - Drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti UE 31618

Deċiżjoni kkontestata: Restitutio in Integrum Deċiżjoni tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) tas-7 ta’ Novembru 2022 fil-każ Nru 2009/240

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-CPVO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Forza maġġuri u tbatija minħabba l-pandemija tal-Covid-19;

Żball skużabbli;

Interpretazzjoni żbaljata jew mhux preċiża tal-provi;

Ksur tal-Artikolu 65 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2009.

____________