Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ Diċembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Grondwettelijk Hof. - il-Belġju) – Centraal Israëlitisch Consistorie van België et, vs Vlaamse Regering

(Kawża C-336/19) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla – Regolament (KE) Nru 1099/2009 – Artikolu 4(1) – Obbligu li l-annimali jiġu storduti qabel il-qtil tagħhom – Artikolu 4(4) – Deroga fil-kuntest tal-qatla għal raġunijiet reliġjużi – Artikolu 26(2) – Possibbiltà li l-Istati Membri jadottaw regoli nazzjonali intiżi sabiex tiġi żgurata protezzjoni ikbar lill-annimali fil-każ ta’ qatla għal raġunijiet reliġjużi – Interpretazzjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi, fil-każ ta’ qatla għal raġunijiet reliġjużi, sturdament reversibbli u li ma jistax iwassal għall-mewt – Artikolu 13 TFUE – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 10 – Libertà tar-reliġjon – Libertà li wieħed juri r-reliġjon tiegħu – Limitazzjoni – Proporzjonalità – Assenza ta’ konsensus fost l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea – Marġni ta’ diskrezzjoni mogħti lill-Istati Membri – Prinċipju ta’ sussidjarjetà – Validità – Trattamenti differenzjati tal-qatla għal raġunijiet reliġjużi u l-qtil ta’ annimali waqt attivitajiet ta’ kaċċa jew ta’ sajd kif ukoll waqt avvenimenti kulturali jew sportivi – Assenza ta’ diskriminazzjoni – Artikoli 20, 21 u 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Grondwettelijk Hof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Centraal Israëlitisch Consistorie van België et, Unie Moskeeën Antwerpen VZW, Islamitisch Offerfeest Antwerpen VZW, JG, KH, Executief van de Moslims van België et, Coördinatie Comité van Joodse Organisaties van België. Section belge du Congrès juif mondial et Congrès juif européen VZW et

Konvenut: Vlaamse Regering

Fil-preżenza ta’: LI, Waalse Regering, Kosher Poultry BVBA et, Global Action in the Interest of Animals VZW (GAIA),

Dispożittiv

Il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 tal-24 ta’ Settembru 2009, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla, moqri fid-dawl tal-Artikolu 13 TFUE u tal-Artikolu 10(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li timponi, fil-kuntest tal-qatla għal raġunijiet reliġjużi, proċedura ta’ sturdament reversibbli u li ma jistax iwassal għall-mewt tal-annimal

Mill-eżami tat-tielet domanda preliminari ma rriżulta l-ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(2) tar-Regolament Nru 1099/2009.

____________

1     ĠU C 270, 12.08.2019.