Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2024 – CN vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-115/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CN (rappreżentant: N. de Montigny, avukata)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-8 ta’ Mejju 2023 (Ares(2023)3230522) li tirrifjuta l-għoti ta’ allowance doppja lir-rikorrenti għal wild dipendenti;

tannulla, sa fejn ikun meħtieġ, it-tweġiba espliċita ta’ ċaħda tal-ilment ikkomunikat mill-Awtorità tal-Ħatra fid-29 ta’ Novembru 2023;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ żball ta’ liġi u fuq ksur tal-Artikolu 67(3) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea sa fejn l-Awtorità tal-Ħatra applikat l-Artikolu 9-1 tal-iskala Ewropea ta’ evalwazzjoni ta’ dannu għall-integrità fiżika u psikoloġika minflok l-Artikolu 11 ta’ din l-iskala.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni tal-assenza ta’ eżami konkret u ddettaljat u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn il-fajl jenfasizza l-eżistenza ta’ piżijiet kbar marbuta mad-diżabbiltà ta’ bint ir-rikorrenti.

____________