Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 taʼ Mejju 2013 - macros consult vs UASI - MIP Metro (makro)

(Kawża T-579/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni taʼ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva makro - Isem korporattiv macros consult GmbH - Dritt kweżit akkwistat qabel l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni taʼ trade mark Komunitarja u li jagħti lill-proprjetarju tiegħu d-dritt li jipprojbixxi l-użu tat-trade mark Komunitarja li saret applikazzjoni għaliha - Sinjali mhux irreġistrati li jibbenefikaw minn protezzjoni taħt id-dritt Ġermaniż - Artikolu 5 tal-Markengesetz - Artikolu 8(4), Artikolu 53(1)(c) u Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: macros consult GmbH - Unternehmensberatung für Wirtschafts - und Finanztechnologie (Ottobrunn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment T. Raible, sussegwentement M. Daubenmerkl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment R. Manea, sussegwentement G. Schneider, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta' Ottubru 2010 (Każ R 339/2009-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn macros consult GmbH - Unternehmensberatung für Wirtschafts- und Finanztechnologie u MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

macros consult GmbH - Unternehmensberatung für Wirtschafts- und Finanztechnologie hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 55, 19.02.2011.