Rikors ippreżentat fil-21 ta' Diċembru 2010 - macros consult vs UASI - MIP Metro (makro)
(Kawża T-579/10)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: macros consult GmbH - Unternehmensberatung für Wirtschafts - und Finanztechnologie (Ottobrunn, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Raible, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
tibdel id-deċiżjoni mogħtija fit-18 ta' Ottubru mir-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju fil-Każ R 339/2009-4 b'mod illi l-appell ippreżentat mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju jiġi rikonoxxut bħala fondat u li t-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tintlaqa', u
tikkundanna lill-UASI u lil MIP Metro Group għall-ispejjeż inkorsi matul il-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità, il-proċedimenti tal-appell u l-proċedura preżenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "makro" u rreġistrata għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1 sa 42
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità bbażata fuq l-Artikolu 53(1)(c) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009
1 u intiża għall-prodotti u s-servizzi rreġistrati fil-klassijiet 9, 35, 36 u 41
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 53(1)(c) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 8(4) ta' dan ir-regolament, billi r-rikorrenti kienet diġà tuża l-isem "macros Consult" bħala isem u isem/sinjal kummerċjali qabel id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja kkontestata u li għalhekk hija kellha dritt ta' trade mark preċedenti b'mod konformi mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 5(2) tal-liġi Ġermaniża dwar it-trade marks (Markengesetz).
____________1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).