Language of document : ECLI:EU:T:2011:689





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-23 ta’ Novembru 2011 – bpost vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-514/09)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti tal-OP – Trasport u distribuzzjoni ta’ kuljum tal-Ġurnal Uffiċjali, kotba, kif ukoll perjodiċi u pubblikazzjonijiet oħra – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor – Kriterji ta’ għoti – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”

1.                     Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Proċedura ta’ reviżjoni kontra d-deċiżjonijiet tal-awtorità kontraenti ta’ għoti tal-kuntratti pubbliċi - Prinċipju ta’ kontradittorju - Konċiljazzjoni mal-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju - Korpi responsabbli għall-proċeduri ta’ reviżjoni - Obbligu li jiġu ggarantiti l-kunfidenzjalità u d-dritt għar-rispett tas-sigrieti tan-negozju fid-dawl tal-informazzjoni li tinsab fil-fajls ikkomunikati mill-partijiet - Kundizzjonijiet - Konċiljazzjoni ta’ dan l-obbligu mar-rekwiżiti ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva u mar-rispett tad-drittijiet tad-difiża (Artikolu 267 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2)) (ara l-punti 25, 26)

2.                     Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Għoti ta’ kuntratti - Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament - Kriterji ta’ għoti - Għażla mill-awtorità kontraenti - Limiti - Osservanza tal-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 97; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 138) (ara l-punti 64, 66)

3.                     Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Obbligu ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti - Neċessità li tiġi żgurata l-ugwaljanza tal-opportunitajiet u li jkun hemm konformità mal-prinċipju ta’ trasparenza - Portata tal-obbligu ta’ trasparenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 89) (ara l-punt 65)

4.                     Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej - Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti - Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet - Stħarriġ ġudizzjarju - Limiti (ara l-punt 121)

5.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Illegalità - Dannu - Rabta kawżali - Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet - Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punt 167)

6.                     Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Spejjeż sostnuti minn offerent - Dritt għal kumpens - Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 101) (ara l-punt 173)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, ikkomunikata permezz ta’ ittra tas-17 ta’ Diċembru 2009, li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti Nru 10234 “Trasport u d-distribuzzjoni ta’ kuljum tal-Ġurnal Uffiċjali, kotba, kif ukoll perjodiċi u pubblikazzjonijiet oħra” (ĠU 2009/S 176 253034) u li tagħti l-kuntratt lill-offerent magħżul u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

bpost NV van publiek recht hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.