Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011 – Kimman vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-74/10) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal – Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal – Proċedura ta’ evalwazzjoni 2009 – Klassifikazzjoni f’livell ta’ prestazzjoni – Deċiżjoni ta’ għoti tal-punti ta’ promozzjoni – Rapport ta’ evalwazzjoni – Opinjoni ta’ grupp ad hoc – Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni – Motiv invokat ex officio – Oneru tal-prova)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Eugène Émile Kimman (Overijse, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u P. Pecho, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2008.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, kwart mill-ispejjeż ta’ E. Kimman.

E. Kimman għandu jbati tliet kwarti mill-ispejjeż tiegħu.

____________

1     ĠU C 301, 06.11.2010, p.63.