Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fid-19 ta’ Diċembru 2023 – Liège Airport Security vs État belge, irrappreżentat mill-Ministre de l’Intérieur

(Kawża C-783/23, Liège Airport Security)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Liège Airport Security

Konvenut: État belge, irrappreżentat mill-Ministre de l’Intérieur

Domanda preliminari

L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità kompetenti maħtura taħt dik id-dispożizzjoni tiżgura s-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni msemmija fl-Artikolu 4, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe awtorità oħra, biss meta dawn l-istandards jirriżultaw minn regoli speċifiċi għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili?

____________

1 ĠU 2008, L 97, p. 72.