Language of document : ECLI:EU:T:2013:585





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2013 — Lyder Enterprises vs CPVO – Liner Plants (1993) (SOUTHERN SPLENDOUR)

(Kawża T‑367/11)

“Varjetajiet ta’ pjanti — Applikazzjoni għal dritt Komunitarju ta’ Varjetajiet ta’ pjanti għall-varjetà SOUTHERN SPLENDOUR — Oġġezzjonijiet — Ċaħda tal-applikazzjoni mill-Bord tal-Appell taċ-CPVO — Kompetenza taċ-CPVO — Amministrazzjoni ta’ provi — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Deċiżjoni meħuda permezz ta’ digriet motivat — Possibbiltà li tingħata deċiżjoni mingħajr proċedura orali (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 111) (ara l-punti 16, 17)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Deċiżjoni jew regolament li jissostitwixxi matul l-istanza l-att ikkontestat — Element ġdid — Estensjoni tat-talbiet u tal-motivi inizjali (ara l-punti 20, 21)

3.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Motivi ta’ dritt li ma ġewx ippreżentati fir-rikors — Riferiment għall-annessi kollha — Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali , Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punt 22)

4.                     Rikors għal annullament — Motivi — Nuqqas ta’ kompetenza tal-istituzzjoni awtur tal-att ikkontestat — Eżami ex officio mill-qorti (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 28)

5.                     Agrikoltura — Leġiżlazzjonijiet uniformi — Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti — Deċiżjoni ta’ għoti jew ta’ rifjut tal-privattiva — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kompetenza tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti u tal-Bordijiet tal-Appell tiegħu — Portata — Determinazzjoni tal-istatus tal-applikant għal dritt Komunitarju ta’ varjetajiet ta’ pjanti — Inklużjoni — Stħarriġ mill-Qorti Ġenerali tal-evalwazzjoni tal-provi f’dan ir-rigward magħmula mill-Uffiċċju (Regolament tal-Kunsill Nru 2100/94, Artikolu 11, 50, 53, 54 u 76) (ara l-punti 36-38)

6.                     Agrikoltura — Leġiżlazzjonijiet uniformi — Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti — Deċiżjoni ta’ għoti jew ta’ rifjut tal-privattiva — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Saħħa probatorja tal-provi (Regolament tal-Kunsill Nru 2100/94, Artikolu 78(1)(g)) (ara l-punt 49)

7.                     Agrikoltura — Leġiżlazzjonijiet uniformi — Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti u tal-Bordijiet tal-Appell tiegħu — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata — Annullament jew bidla għal kawżi li jseħħu wara li tingħata d-deċiżjoni — Esklużjoni — Emenda tat-termini tat-tilwima kif ippreżentati quddiem l-Uffiċċju jew il-Bordijiet tal-Appell tiegħu — Inammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 2100/94, Artikolu 73) (ara l-punti 58-60)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell taċ-CPVO tal-4 ta’ Mejju 2011 (Każ A 7/2010), dwar applikazzjoni għal dritt Komunitarju ta’ varjetajiet ta’ pjanti mogħti għall-varjetà SOUTHERN SPLENDOUR.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lyder Enterprises Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.