Language of document : ECLI:EU:T:2014:847





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2014 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑340/07 RENV)

“Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratt dwar l-għajnuna finanzjarja Komunitarja mogħtija għal proġett fil-kuntest tal-programm eContent — Rexissjoni tal-kuntratt mill-Kummissjoni — Rimbors tal-ispejjeż eliġibbli”

Baġit tal-Unjoni Ewropea — Għajnuna finanzjarja Komunitarja — Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna — Finanzjament li jkopri biss l-ispejjeż effettivament sostnuti — Ġustifikazzjoni tar-realtà tal-ispejjeż iddikjarati — Assenza — Spejjeż mhux eliġibbli (Artikolu 274 KE) (ara l-punti 29, 33, 35, 36, 46, 47, 75)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq klawżola ta’ arbitraġġ intiż sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas, minn naħa, somom allegatament dovuti lir-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, l-interessi, wara r-rexissjoni ta’ kuntratt dwar l-għajnuna finanzjarja Komunitarja mogħtija għall-proġett “e-Content Exposure and Business Opportunities” (kuntratt Nru EDC‑53007 EEBO/27873), konkluż fil-kuntest tal-programm multi annwali tal-Komunità intiż sabiex jinkoraġġixxi l-iżvilupp u l-użu tal-kontenut diġitali Ewropew fin-netwerks globali u sabiex jippromwovi d-diversità lingwistika fis-soċjetà tal-informazzjoni.

Dispożittiv

1)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE s-somma ta’ EUR 8 843.10.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati 5 % tal-ispejjeż rispettivi tagħha u ta’ dawk sostnuti minn Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis, u din tal-aħħar għandha tbati 95 % tal-ispejjeż rispettivi tagħha u ta’ dawk sostnuti mill-Kummissjoni.