Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2023 – Tsakiris vs EUIPO Tsakiris-Protypos Viomichania Trofimon-Snacks AVEE (Le Petit Déjeuner TSAKIRIS FAMILY)

(Kawża T-303/23)

Lingwa tar-rikors: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Tsakiris AE Paragogis & Emporias Trofimon (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: A. Papaspyropoulos, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tsakiris-Protypos Viomichania Trofimon-Snacks-AVEE (Atalanti, il-Greċja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Le Petit Déjeuner TSAKIRIS FAMILY”

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Marzu 2023 fil-Każ R 1012/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

____________