Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Ottubru 2012 - Drex Technologies vs Il-Kunsill

(Kawża T-466/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Drex Technologies SA (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-kawża tar-rikorrenti bħala ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tannulla

d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/424/PESK, tat-23 ta' Lulju 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK u r-rettifika tagħha tad-9 ta' Awwissu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, sa fejn dawn jikkonċernaw ir-rikorrenti;

u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 673/2012, tat-23 ta' Lulju 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 u r-rettifika tiegħu tad-9 ta' Awwissu 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, sa fejn dawn jikkonċernaw ir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill .

____________

1 - ĠU 2011, C 290, p. 13.