Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Ottubru 2012 - Koscher + Würtz vs UASI - Kirchner & Wilhelm (KW SURGICAL INSTRUMENTS)

(Kawża T-445/12)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Koscher + Würtz GmbH (Spaichingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Mes, C. Graf von der Groeben, G. Rother, J. Bühling, A. Verhauwen, J. Künzel, D. Jestaedt, M. Bergermann, J. Vogtmeier u A. Kramer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kirchner & Wilhelm GmbH + Co (Asperg, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-6 ta' Awwissu 2012, fil-Każ R 1675/2011-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti fl-appell

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali bi protezzjoni għall-Unjoni Ewropea għat-trade mark figurattiva, li tinkludi l-element verbali "KW SURGICAL INSTRUMENTS", għal prodotti fil-klassi 10 - Reġistrazzjoni internazzjonali bi protezzjoni għall-Unjoni Ewropea Nru W 968 722

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Kirchner & Wilhelm GmbH + Co

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali "Ka We" għal prodotti fil-klassi 10

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u protezzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trade mark miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

____________