Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Ottubru 2012 - Stromberg Menswear vs UASI - Leketoy Stormberg Inter (STORMBERG)

(Kawża T-451/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stromberg Menswear Ltd (Leeds, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Tsoutsanis, avukat, u C. Tulley, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Leketoy Stormberg Inter AS (Kristiansand S, in-Norveġja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-3 ta' Awwissu 2012 fil-Każ R 389/2012-4;

tirriforma d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-3 ta' Awwissu 2012 fil-Każ R 389/2012-4 u tilqa' t-talba biex jiġu stabbiliti mill-ġdid id-drittijiet, u i) prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-11 ta' Jannar 2011 sabiex jintemmu l-proċedimenti ta' revoka skont Nru 4054 C u tordna lid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni sabiex terġa' tiftaħ il-proċedimenti għar-revoka skont Nru 4054 C u tistieden lil Stromberg Menswear sabiex tissottometti l-osservazzjonijiet sabiex jitkomplew l-proċedimenti għar-revoka, jew, ii) sussidjarjament, tippermetti lil Stromberg Menswear sabiex tappella mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-11 ta' Jannar 2011 sabiex tagħlaq il-proċedimenti għar-revoka u tirrinvija l-appell lill-Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-UASI għal ħlas ta' kwalunkwe u kull spiża u drittijiet inkorsi minn Stromberg Menswear inkonnessjoni mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark verbali "STORMBERG", għal prodotti u servizzi fil-klassi 25 - reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2557155

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: proċedimenti għall-kanċellazzjoni ddikjarati magħluqa wara r-rinunzja tat-trade mark Komunitarja kkontestata mill-proprjetarju tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: talba għal restitutio in integrum miċħuda fl-iskadenza għall-ippreżentar tal-avviż tal-appell u appell iddikjarat li ġie kkunsidrat bħala li ma ġiex ippreżentat

Motivi invokati:

-    Ksur tal-Artikolu 81 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009;

-    Ksur tal-Artikoli 75 u/jew 76 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.

____________