Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2013 – Strombery Menswear vs UASI - Leketoy Stormberg Inter (STORMBERG)

(Kawża T-451/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti STORMBERG – Ċessjoni tal-proprjetarju tat-trade mark ikkontestata – Deċiżjoni li jingħalqu l-proċedimenti ta’ revoka – Rikors għal restitutio in integrum – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 58(1), Artikolu 76(1) u Artikolu 81(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-drittˮ]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Strombery Menswear Ltd (Leeds, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Troutsanis, avukat, u C. Tulley, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Leketoy Stormberg Inter AS (Kristiansand S, in-Norveġja) (rappreżentanti: T. Mølsgaard u J. Løje, avukati)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 389/2012-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Stromberg Menswear Ltd u Leketoy Stormberg Inter AS.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Stromberg Menswear Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 63, 02.03.2013.