Language of document : ECLI:EU:T:2013:575





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 — Stromberg Menswear vs UASI – Leketoy Stormberg Inter (STORMBERG)

(Kawża T‑451/12)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti STORMBERG — Rinunzja mill-proprjetarju tat-trade mark ikkontestata — Deċiżjoni li jingħalqu l-proċedimenti ta’ revoka — Rikors għal restitutio in integrum — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 58(1), Artikolu 76(1) u Artikolu 81(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-drittˮ

1.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punti 28, 29)

2.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Restitutio in integrum — Kundizzjonijiet — Viġilanza mitluba miċ-ċirkustanzi — Avvenimenti ta’ natura eċċezzjonali u, għaldaqstant, imprevedibbli (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 81(1)) (ara l-punti 36, 37)

3.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Restitutio in integrum — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni — Interpretazzjoni stretta (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 81(1)) (ara l-punt 38)

4.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Rekwiżit analogi għall-ilmenti invokati insostenn ta’ motiv (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)) (ara l-punt 66)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 389/2012‑4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Stromberg Menswear Ltd u Leketoy Stormberg Inter AS.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Stromberg Menswear Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.