Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Koscher + Würtz vs UASI – Kirchner & Wilhelm (KW SURGICAL INSTRUMENTS)

(Kawża T-445/12) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea – Trade mark figurattiva KW SURGICAL INSTRUMENTS – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Ka We – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009– Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Firxa tal-eżami li għandu jsir mill-Bord tal-Appell – Prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Rikors ippreżentat quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni – Rifjut tar-reġistrazzjoni tat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha mingħajr evalwazzjoni minn qabel tal-kundizzjoni tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Żball ta’ liġi – Setgħa ta’ riforma”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Koscher + Würtz GmbH (Spaichingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Mes, C. Graf von der Groeben, G. Rother, J. Bühling, A. Verhauwen, J. Künzel, D. Jestaedt, M. Bergermann, J. Vogtmeier u A. Kramer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Kirchner & Wilhelm GmbH + Co. (Asperg, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Dönch, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 1675/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kirchner & Wilhelm GmbH + Co. u Koscher + Würtz GmbH.Dispożittiv1)    Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-6 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 1675/2011-4), dwar proċediment ta’ oppożizzjoni bejn Kirchner & Wilhelm GmbH + Co. u Koscher + Würtz GmbH, hija annullata.2)    Ir-rikor

s huwa m

iċħud għall-bqija.3)    L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż ta’ Koscher + Würtz quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem il-Qorti Ġenerali.4)    Koscher + Würtz għandha tbati nofs l-ispejjeż

tagħha quddi

em il-Bord tal-Appell u quddiem il-Qorti Ġenerali.