Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Frar 2010 - IRO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-69/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Industrie Riunite Odolesi SpA (IRO) (Via Brescia, l-Italja) (rappreżentanti: A. Giardina, avukat, P. Tomassi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata.

sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas il-multa imposta fid-deċiżjoni kkontestata.

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-55/10, SP vs Il-Kummissjoni.

B'mod partikolari r-rikorrenti ssostni:

ksur tal-liġi u abbuż ta' poter, peress li l-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni li biha r-rikorrenti kienet penalizzata talli ħadet sehem f'allegat akkordju fuq il-prezzijiet, mingħajr ma eżaminat id-dokumenti ġustifikattivi kollha, minħabba n-nuqqas tal-annessi dwar it-tabelli tal-prezzijiet;

ksur tar-regoli proċedurali stabbiliti fir-Regolament KE Nru 1/2003 1, sa fejn il-Kummissjoni, wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-Deċiżjoni tas-17 ta' Diċembru 2002, Nru C (2002) 5087 finali, adottat id-deċiżjoni mingħajr ma segwiet ebda proċeduri bħal li tibgħat lill-partijiet id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u/jew li jsir is-smigħ tal-partijiet, jew li jiġu involuti l-awtoritajiet nazzjonali, u b'hekk il-proċeduri kollha tal-Kummissjoni kienu inkompleti, inkonsistenti u illegali, kif ukoll ksur tad-dritt ta' difiża tal-impriżi penalizzati.

nuqqas ta' investigazzjoni u ta' motivazzjoni, peress li l-Kummissjoni ma evalwatx b'mod xieraq l-elementi li ħarġu matul l-investigazzjoni relatati mad-daqs tas-suq rilevanti u l-effetti tal-allegat akkordju.

Sussidjarjament, ir-rikorrenti titlob l-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fid-deċiżjoni kkontestata.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta' Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205)