Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ April 2024 – DDP Specialty Electronic Materials US 8 vs EUIPO – Taniobis (AMBERTEC)

(Kawża T-76/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea AMBERTEC – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti AMPERTEC – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Dritt għal smiegħ – Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: DDP Specialty Electronic Materials US 8 LLC (Collegeville, Pennsylvania, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: G. Gibbons, avukat, R. Minch u A. Bateman, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: R. Raponi u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Taniobis GmbH (Goslar, il-Ġermanja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-14 ta’ Novembru 2022 (Każ R 1988/2021-4).

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-14 ta’ Novembru 2022 (Każ R 1988/2021-4) hija annullata.

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn DDP Specialty Electronic Materials US 8 LLC għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

____________

1     ĠU C 121, 3.4.2023.