Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Ottubru 2012 - Il-Ġreċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-215/10) 

("FAEGG - Taqsima 'Garanzija' - Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju - Qoton - Għajnuna lill-iktar ipprivati - Żvilupp rurali - Effikaċità tal-kontrolli - Proporzjonalità")

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: inizjalment I. Chalkias, G. Skiani u E. Leftheriotou, sussegwentement I. Chalkias, E. Leftheriotou u X. Basakou, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u A. Markoulli, aġenti, assistiti minn N. Korogiannakis, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/152/UE, tal-11 ta' Marzu 2010, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċerti spejjeż li saru mill-Istati Membri taħt it-Taqsima "Garanzija" tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 63, pag. 7), sa fejn din teskludi ċerti spejjeż li saru mir-Repubblika Ellenika.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 195, 17.7.2010.