Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – K. Chrysostomides & Co. et vs Il-Kunsill et

(Kawża T-680/13) 1

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Politika ekonomika u monetarja – Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru – Deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE dwar l-assistenza ta’ likwidità f’emerġenza wara talba tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru – Dikjarazzjonijiet tal-Grupp tal-Euro tal-25 ta’ Marzu, tat-12 ta’ April, tat-13 ta’ Mejju u tat-13 ta’ Settembru 2013 dwar Ċipru – Deċiżjoni 2013/236/UE – Protokoll ta’ Ftehim tas-26 ta’ April 2013 dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-politika ekonomika konkluż bejn Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Ammissibbiltà – Rekwiżiti formali – Eżawriment tar-rimedji ġudizzjarji nazzjonali – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali intiża li tagħti protezzjoni lill-individwi – Dritt għall-proprjetà – Aspettattivi leġittimi – Ugwaljanza fit-trattament”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dr. K. Chrysostomides & Co. LLC (Nikosija, Ċipru) u l-50 rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentant: P. Tridimas, barrister)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Gregorio Merino, E. Dumitriu-Segnana, E. Chatziioakeimidou u E. Moro, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Smulders, J.-P. Keppenne u M. Konstantinidis, sussegwentement J.-P. Keppenne, M. Konstantinidis u L. Flynn, aġenti), il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: inizjalment N. Lenihan u F. Athanasiou, sussegwentement P. Papapaschalis u P. Senkovic u fl-aħħar M. Szablewska u K. Laurinavičius, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, avukat), Eurogroupe, irrapreżentat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Gregorio Merino, E. Dumitriu-Segnana, E. Chatziioakeimidou u E. Moro, aġenti), l-Unjoni Ewropea, irrapreżentata mill-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Smulders, J.-P. Keppenne u M. Konstantinidis, sussegwentement J.-P. Keppenne, M. Konstantinidis u L. Flynn, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għal kumpens għad-danni li r-rikorrenti allegatament sostnew minħabba d-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE tal-21 ta’ Marzu 2013 dwar l-assistenza ta’ liwkidità f’emerġenza wara talba mressqa mill-Bank Ċentrali ta’ Ċipru, id-dikjarazzjonijiet tal-Grupp tal-Euro tal-25 ta’ Marzu, tat-12 ta’ April, tat-13 ta’ Mejju u tat-13 ta’ Settembru 2013 dwar Ċipru, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/236/UE tal-25 ta’ April 2013 indirizzata lil Ċipru dwar mżuri speċifiċi għall-kisba mill-ġdid ta’ stabbiltà finanzjarja u tkabbir sostenibbli (ĠU 2013, L 141, p. 32), il-Protokoll ta’ Ftehim tas-26 ta’ April 2013 dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika ekonomika konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) kif ukoll atti oħra u aġir tal-Kummissjoni, tal-Kunsill, tal-BĊE u tal-Grupp tal-Euro marbuta mal-għoti ta’ faċilità ta’ assistenza finanzjarja lir-Repubblika ta’ Ċipru.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Dr. K. Chrysostomides & Co. LLC u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

____________

1     ĠU C 194, 24.6.2014.