Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2013 – Skysoft Computersysteme vs UASI - British Sky Broadcasting u Sky IP International (SKYSOFT)

(Kawża T-262/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Skysoft Computersysteme GmbH (Kleinmachnow, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Ehrlinger u T. Hagen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: British Sky Broadcasting Group plc u Sky IP International Ltd (Isleworth, ir-Renju Unit)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Marzu 2013, sa fejn ċaħdet l-appell tar-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI tat-30 ta’ Settembru 2011 u ma ċaħditx l-oppożizzjoni tal-intervenjenti;

tikkundanna lill-intervenjenti tbati l-ispejjeż tal-proċedimenti inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti tal-appell.

tordna lill-konvenut jippreżenta l-Annessi ppreżentati mill-intervenjenti u mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedimenti tal-oppożizzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SKYSOFT” – applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4 782 645 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 37, 38 u 42

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “SKY” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 18, 25, 28, 35, 38, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti u s-servizzi kollha kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.