Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2023 – Ferrero Deutschland vs EUIPO – Kondyterska korporatsiia “Roshen” (ROSHEN CONFECTIONERY CORP.)

(Kawża T-1140/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ferrero Deutschland GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kefferpütz u K. Wagner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dochirnie pidpryiemstvo Kondyterska korporatsiia “Roshen” (Kiev, l-Ukraina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “ROSHEN CONFECTIONERY CORP.” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 026 424

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Ottubru 2023 fil-Każ R 2428/2022-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark inkwistjoni fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, fil-każ li din tal-aħħar tiddeċiedi tintervjeni, għall-ispejjeż;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, fil-każ li din tal-aħħar tiddeċiedi tintervjeni, għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti;

sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ammissjoni żbaljata ta’ provi;

Determinazzjoni inkompleta tal-pubbliku rilevanti;

Evalwazzjoni żbaljata tal-użu ta’ “Rocher” bħala trade mark indipendenti;

Evalwazzjoni żbaljata tal-karattru distintiv indipendenti ta’ “Rocher” f’“Ferrero Rocher”;

Nuqqas li tiġi stabbilita l-preżenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni.

____________