Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2011 – ATB Norte vs UASI – Bricocenter Italia (BRICO CENTER)
(Kawża T-475/09)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BRICO CENTER – Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti ATB CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro u CENTROS DE BRICOLAGE BricoCentro – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja -Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 25, 33, 34, 57, 66, 67)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Settembru 2009 (Każ R 500/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ATB Norte, SL u Bricocenter Italia Srl. |
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarji: | Bricocenter Italia Srl |
Trade mark Komunitarja kkonċernata: | Trade mark figurattiva BRICO CENTER, għal servizzi fil-klassi 35 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4934212 |
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: | ATB Norte, SL |
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: | Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti ATB CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro (Nru 989046) u CENTROS DE BRICOLAGE BricoCentro (Nru 3262623), għal servizzi fil-klassijiet 35, 37 u 39 |
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: | Oppożizzjoni milqugħa |
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: | Deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda fit-totalità tagħha |
Dispożittiv
1) | | Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-24 ta’ Settembru 2009 (Każ R 500/2008-4) hija annullata sa fejn tilqa’ l-appell ta’ Bricocenter Italia Srl quddiem il-Bord tal-Appell dwar is-servizzi ta’ “pubbliċità”, ta’ “ġestjoni tat-tranżazzjonijiet kummerċjali” u ta’ “amministrazzjoni kummerċjali”, msemmija fl-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja. |
2) | | Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) | | ATB Norte, SL, Bricocenter Italia u l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż individwali tagħhom sostnuti matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali. |