Rikors ippreżentat fit-30 ta' Novembru 2009 - ATB Norte vs UASI - Bricocenter Italia (BRICO CENTER)
(Kawża T-475/09)
Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: ATB Norte, SL (Burgos, Spanja) (rappreżentanti: P. López Ronda, G. Macías Bonilla, H. L. Curtis-Oliver u G. Marín Raigal, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bricocenter Italia Srl [Rozzano Milanofiori (Milano), l-Italja]
Talbiet tar-rikorrenti
Tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta' Settembru 2009 - R 500/2008-4.
tikkundanna lill-konvenut (UASI) għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Bricocenter Italia S.r.l.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva li fiha l-element verbali "BRICOCENTER" (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4.934.147), għal servizzi fil-klassi 35.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade marks Komunitarji figurattivi li fihom l-elementi verbali "CENTROS DE BRICOLAGE BRICOCENTRO" (Nru 3.262.623) u "ATB CENTROS DE BRICOLAGE BRICOCENTRO" (Nru 989.046), għal servizzi fil-klassijiet 35, 37 u 39.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha.
Motivi invokati: Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
____________