Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2015 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-80/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Il-konstatazzjoni tal-illegalità tal-Artikolu 45 u tal-Anness I tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll il-miżuri tranżitorji relatati magħha hemmhekk, u l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li ma jiġux inklużi r-rikorrenti fuq il-lista ta’ uffiċjali promossi lejn il-grad AD13 jew AD14 fil-kuntest tal-proċedura annwali ta’ promozzjoni 2014.

Talbiet tar-rikorrenti

Prinċipalment:

jikkonstata l-illegalità tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Anness I, kif ukoll il-miżuri tranżitorji relatati magħha hemmhekkjannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-14 ta’ Novembru 2014, li ma jiġux inklużi r-rikorrenti fuq il-lista ta’ uffiċjali promossi lejn il-grad AD13 jew AD14, fil-kuntest tal-proċedura annwali ta’ promozzjoni 2014 prevista fl-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal;jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.Sussidjarjament:jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-14 ta’ Novembru 2014, li ma jiġux inklużi r-rikorrenti fuq il-lista ta’ uffiċjali promossi lejn il-grad AD13 jew AD14, fil-kuntest tal-proċedura annwali ta’ promozzjoni 2014 prevista fl-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal;jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________