Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fis-6 ta’ Marzu 2024 – Genmab A/S

(Kawża C-181/24, Genmab)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Genmab A/S

Parti oħra fil-proċedura: Szellemi Tulajdon Nemzeti Hivatala

Domanda preliminari

L-Artikolu 3(b) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq preċedenti għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq imsemmija fit-talba għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari u li tkun tirreferi għall-istess prodott għandha titqies bħala l-ewwel awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, inkluż meta din l-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq preċedenti tkun ġiet irtirata qabel it-tressiq tat-talba għall-ħruġ taċ-ċertifikat?

____________

1 ĠU 2009. L 152, p. 1.