Language of document : ECLI:EU:T:2013:628





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2013 –
Olive Line International vs UASI – Carapelli Firenze (Maestro de Oliva)

(Kawża T‑4/12)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea – Trade mark figurattiva Maestro de Oliva – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MAESTRO – Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Użu tat-trade mark taħt forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark – Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 15(1)(a)) (ara l-punti 23-25)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 42, 43, 81)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark figurattiva Maestro de Oliva u trade mark verbali MAESTRO (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 45, 67, 73, 77, 80, 87-89)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 47-52)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Settembru 2011 (Każ R 1612/2010‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Carapelli Firenze, SpA u Olive Line International, SL.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Olive Line International, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.