Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta' Ottubru 2011 - Intermark vs UASI - Natex International (NATY'S)
(Kawża T-72/10)
["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali NATY'S - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Naty - Raġuni assoluta għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ċaħda parzjali tal-oppożizzjoni"]
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Intermark Srl (Stei, ir-Rumanija) (rappreżentant: Á. László, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Mannucci, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Natex International Trade SpA (Pioltello, l-Italja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta' Diċembru 2009 (Każ R 953/2009-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Intermark Srl u Natex International Trade SpA.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Intermark Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 113, 01.05.2010