Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – Luxembourg u Amazon vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-816/17 u T-318/18) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna implimentata mil-Lussemburgu għal Amazon – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u illegali u li tordna l-irkupru tagħha  – Deċiżjoni fiskali (tax ruling) – Prezz tat-trasferiment – Vantaġġ fiskali selettiv – Metodu ta’ ffissar tal-prezzijiet ta’ trasferiment – Analiżi funzjonali”)

Lingwi tal-kawżi: l-Ingliż u l-Franċiż

Partijiet

Rikorrent fil-kawża T-816/17: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: T. Uri, aġent, assistit minn D. Waelbroeck, A. Steichen u J. Bracker, avukati)

Rikorrent fil-kawża T-318/18 : Amazon EU Sàrl (Lussemburgu, Lussemburgu), Amazon.com, Inc. (Seattle, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Paemen, M. Petite u A. Tombiński, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti fil-kawża T-816/17 : P. Stancanelli, P.-J. Loewenthal u F. Tomat, aġenti, assistit minn M. Chammas, avukat, u, fil-kawża T-318/18 : P.-J. Loewenthal u F. Tomat, aġent)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent fil-Kawża T-816/17 : L-Irlanda (rappreżentanti: J. Quaney u A. Joyce, aġenti, assistit minn P. Gallagher, SC, B. Doherty, barrister, u S. Kingston, SC)

Suġġett

Talbiet ibbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiżi għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/859 tal-4 ta’ Ottubru 2017 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.38944 (2014/C) (ex 2014/NN) implimentata mil-Lussemburgu għal Amazon (ĠU 2018, L 153, p. 1).

Dispożittiv

Il-Kawżi T-816/17 u T-318/18 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/859 tal-4 ta’ Ottubru 2017 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.38944 (2014/C) (ex 2014/NN) implimentata mil-Lussemburgu għal Amazon, hija annullata.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, minn Amazon.com, Inc. u minn Amazon EU Sàrl.

L-Irlanda għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 72, 26.2.2018.