Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2013 – ICdA et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-456/11) 1

(“REACH – Miżuri tranżitorji li jikkonċernaw ir-restrizzjonijiet applikabbli għall-manifattura, għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-kadmju u l-komponenti tiegħu – Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 – Restrizzjonijiet għall-użu tal-pigmenti tal-kadmju f’materjali tal-plastik – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Analiżi tar-riskji”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: International Cadmium Association (ICdA) (Brussell, il-Belġju); Rockwood Pigments (UK) Ltd (Stoke-on-Trent, ir-Renju Unit); u James M Brown Ltd (Stoke-on-Trent) (rappreżentanti: inizjalment K. Van Maldegem u R. Cana, avukati, sussegwentement R. Cana)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Oliver u E. Manhaeve, aġenti, assistiti minn K. Sawyer, barrister, sussegwentement P. Oliver u E. Manhaeve)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 494/2011, tal-20 ta’ Mejju 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness XVII (Kadmju) (ĠU L 134, p. 2), sa fejn jirrestrinġi l-użu tal-pigmenti tal-kadmju f’materjali tal-plastik minbarra dawk li għalihom dan l-użu kien limitat qabel l-adozzjoni tar-Regolament Nru 494/2011.DispożittivIr-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 494/2011, tal-20 ta’ Mejju 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness XVII (Kadmju), huwa annullat sa fejn jirrestrinġi l-użu tal-oranġjo tas-sulfoselenid tal-kadmju (Nru CAS 1256-57-4), tal-aħmar tas-sulfoselenid tal-kadmju (Nru CAS 58339-34-7) u tas-sulfid taż-żingu tal-kadmju (Nru CAS 8048-07-5) fit-taħlitiet u fl-oġġetti prodotti minn polimeri organiċi sintetiċi minbarra dawk li għalihom dan l-użu kien limitat qabel l-adozzjoni tar-Regolament Nru 494/2011.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati 90 % tal-i

spejjeż tagħ

ha u 90 % tal-ispejjeż sostnuti minn International Cadmium Association (ICdA), Rockwood Pigments (UK) Ltd u James M Brown Ltd.L-ICdA, Rockwood Pigments (UK) u James M Brown għandhom ibatu 10 % tal-ispejjeż tagħhom u 10 % tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni.