Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2020 – Comercializadora Eloro vs EUIPO – Zumex Group (JUMEX)

(Kawża T-310/20)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Comercializadora Eloro, SA (Ecatepec, il-Messiku) (rappreżentanti: J.L. Gracia Albero, P. Merino Baylos u E. Cebollero González, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zumex Group, SA (Moncada, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea JUMEX – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 329 181

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 534/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż relatati ma’ dawn il-proċeduri u lill-oppożitur ibati l-ispejjeż relatati mal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________