Language of document : ECLI:EU:T:2010:306





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2010 – Alcoa Trasformazioni vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-177/10 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Tariffi preferenzjali ta’ provvista ta’ elettriku – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 17, 18)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Dannu finanzjarju - Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti - Evalwazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-grupp li hija affiljata miegħu l-kumpannija rikorrenti (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 38-50)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Dannu finanzjarju - Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti - Evalwazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-grupp li hija affiljata miegħu l-kumpannija rikorrenti (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 51-55)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat - Miżuri nazzjonali ta’ eżekuzzjoni - Rimedji nazzjonali - Rilevanza (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 57)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju - Dannu li jista’ jagħti lok għal kumpens sħiħ fil-kuntest ta’ rikors għad-danni - Nuqqas ta’ natura irreparabbli (Artikoli 268 TFUE, 278 TFUE u 340 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 58)

6.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni - Deċiżjoni fil-qasam tal-irkupru tal-għajnuna mill-Istat - Interess ġenerali invokat mill-Kummissjoni u interess tal-benefiċjarju tal-għajnuna - Nuqqas ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali - Supremazija tal-interess ġenerali (Artikolu 88(2) KE; Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE) (ara l-punti 61-64)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8112 finali, tad-19 ta’ Novembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat C 38/A/2004 (ex NN 58/2004) u C 36/B/2006 (ex NN 38/2006), li ġiet implementata mir-Repubblika Taljana favur Alcoa Trasformazioni.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.