Language of document : ECLI:EU:T:2012:101





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Marzu 2012 — UPM‑Kymmene vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-53/06)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Settur tal-boroż industrijali tal-plastik — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Tul tal-ksur — Ksur uniku u kontinwu — Multi — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Rwol passiv tal-impriża — Proporzjonalità”

1.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Provi li għandhom jiġu prodotti — Grad tas-saħħa probatorja neċessarja (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punt 28)

2.                     Kompetizzjoni — Akkordji — Ftehim u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku — Impriżi li jistgħu jinstabu fi ksur li jikkonsisti fil-parteċipazzjoni f’akkordju globali — Kriterji — Parteċipazzjoni f’arranġamenti kollużivi identiċi jew simili li jkopru l-istess prodotti — Esklużjoni (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 52-54, 62, 65)

3.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Natura dissważiva tal-multa — Applikazzjoni ta’ koeffiċjent ta’ multiplikazzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul mill-bejgħ globali tal-impriża — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, ir-raba’ u l-ħames paragrafi tal-Punt 1 A) (ara l-punti 76, 77, 79-83)

4.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Dħul mill-bejgħ meħud inkunsiderazzjoni — Sena ta’ referenza — L-aħħar sena sħiħa tal-ksur (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 88, 91, 92)

5.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Rwol passiv jew emulattiv tal-impriża — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komuikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, l-ewwel inċiż tal-punt 3) (ara l-punti 107, 108)

6.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Nuqqas ta’ impożizzjoni jew tnaqqis tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata — Neċessità li l-aġir ikun iffaċilita l-konstatazzjoni tal-ksur mill-Kummissjoni — Impossibbiltà li tingħata informazzjoni minħabba n-nuqqas ta’ żamma tad-dokumenti rilevanti wara l-bejgħ tas-sussidjarja —Assenza ta’ rilevanza (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 96/C 207/04) (ara l-punti 115-117)

7.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi aggravanti — Reċidiva — Ksur simili mwettaq suċċessivament minn żewġ sussidjarji tal-istess kumpannija parent (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 129-133)

8.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Natura dissważiva —Rekwiżit ġenerali li għandu jmexxi lill-Kummissjoni tul il-kalkolu kollu tal-multi — Fażi speċifika ddestinata għal evalwazzjoni globali taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha mhux imperattivi (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A) (ara l-punti 134-138)

9.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Obbligu li jittieħed inkunsiderazzjoni l-impatt konkret fuq is-suq — Portata (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 143-146)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċizjoni tal-Kummissjoni C (2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 (KE) (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali).

Dispożittiv

1)

Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 (KE) (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), hija annullata sakemm u sa fejn hija żżomm lil UPM-Kymmene Oyj responsabbli tal-ksur uniku u kontinwu msemmi fl-Artikolu 1(1) tagħha, għall-perijodu ta’ qabel l-10 ta’ Ottubru 1995.

2)

L-ammont tal-multa imposta mill-Artikolu 2(j) tal-imsemmija deċiżjoni huwa stabbilit għal EUR 50.7 miljun.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea u UPM-Kymmene għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.