Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ April 2016 – L-Irlanda u Aughinish Alumina vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-50/06 RENV II u T-69/06 RENV II) 1

[“Għajnuna mill-Istat – Direttiva 92/81/KEE – Dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali – Żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni tal-alumina – Eżenzjoni mis-sisa – Għajnuna eżistenti jew ġdida – Artikolu 1(b)(i), (iii) u (iv) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi – Terminu raġonevoli – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Użu ħażin ta’ poter – Obbligu ta’ motivazzjoni – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Vantaġġ – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Distorsjoni tal-kompetizzjoniˮ]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: L-Irlanda (rappreżentanti: E. Creedon, A. Joyce u E. McPhillips, aġenti, assistiti minn P. McGarry, SC); Aughinish Alumina Ltd (Askeaton, l-Irlanda) (rappreżentanti: C. Waterson, C. Little u J. Handoll, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, N. Khan, G. Conte, D. Grespan u K. Walkerová, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/323/KE, tas-7 ta’ Diċembru 2005, dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni tal-alumina fir-reġjun ta’ Gardanne, fir-reġjun ta’ Shannon u f’Sardegna, implementata rispettivament minn Franza, l-Irlanda u l-Italja (ĠU 2006, L 119, p. 12), inkwantu din id-deċiżjoni tikkonċerna l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni tal-alumina fir-reġjun ta’ Shannon (l-Irlanda).

Dispożittiv

Ir-rikors huma miċħuda.

L-Irlanda hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u tliet kwarti mill-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawżi T-50/06, T-50/06 RENV I u T-50/06 RENV II kif ukoll tliet partijiet minn għoxrin tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni fil-Kawżi C-89/08 P u C-272/12 P.

Aughinish Alumina Ltd hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u tliet kwarti mill-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni fil-Kawżi T-69/06, T-69/06 RENV I u T-69/06 RENV II, tliet partijiet minn għoxrin tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni fil-Kawżi C-89/08 P u C-272/12 P kif ukoll l-ispejjeż kollha fil-Kawża T-69/06 R.

____________

1 ĠU C 86, 8.4.2006.