Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2013 – HSE vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-399/09) 1

[“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-karbur tal-kalċju u tal-manjeżju intiżi għall-industriji tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tal-Irlanda, ta’ Spanja, tal-Portugall u tar-Renju Unit – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq – Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur – Preżunzjoni tal-innoċenza – Multi – Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru°1/2003 – Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi għall-2006 – Ċirkustanzi attenwanti – Ksur imwettaq minħabba negliġenza – Ksur awtorizzat jew imħeġġeġ minn awtoritajiet pubbliċi”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Holding Slovenske elektrarne d.o.o. (HSE) (Ljubljana, is-Slovenja) (rappreżentant: F. Urlesberger, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Bourke u N. von Lingen, sussegwentement N. von Lingen u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.396 − Karbur tal-Kalċju u rijaġenti bbażati fuq il-manjeżju għall-industriji tal-azzar u tal-gass), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Holding Slovenske elektrarne d.o.o. (HSE) għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha stess, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.