Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Lulju 2012 - L'Oréal vs UASI - United Global Media Group (MyBeauty TV)

(Kawża T-240/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Spejjeż li jistgħu jinġabru quddiem l-UASI - Spejjeż ta' rappreżentanza minn impjegat - Artikolu 85(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: L'Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u S. Abel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: United Global Media Group, Inc. (El Segundo, California, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta' Frar 2011 (Każ R 898/2010-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn United Global Media Group, Inc. U L'Oréal.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

L'Oréal SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 204, 09.07.2011.