Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2024 – TA Towers vs EUIPO – Wobben Properties (Materjal ta’ kostruzzjoni)
(Kawża T-202/22) 1
(“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta materjal tal-kostruzzjoni – Raġuni ta’ invalidità – Nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ protezzjoni – Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Assenza ta’ karattru individwali – Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002”)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: TA Towers ApS (Odense, id-Danimarka) (rappreżentant: L. Andersen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Wobben Properties GmbH (Aurich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. F. Böhm u A. Ebert Weidenfeller, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Frar 2022 (Każ R 2493/2020-3).
Dispożittiv
Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Frar 2022 (Każ R 2493/2020-3) hija annullata.
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
L-EUIPO u Wobben Properties GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull wieħed, nofs l-ispejjeż sostnuti minn TA Towers ApS quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Bord tal-Appell.
____________
1 ĠU C 222, 7.6.2022.