Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Novembru 2011 - Hrbek vs UASI - Outdoor Group (ALPINE PRO SPORTSWEAR & EQUIPMENT)

(Kawża T-434/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ALPINE PRO SPORTSWEAR & EQUIPMENT - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti alpine - Użu ħażin ta' poter - Artikolu 65(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Václav Hrbek (Augustinova, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: C. Jäger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The Outdoor Group Ltd (Northampton, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta' Lulju 2010 (Każ R 1441/2009-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn The Outdoor Group Ltd u Václav Hrbek.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Václav Hrbek huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 328, 04.12.2010.