Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Lulju 2007 - Sanchez Ferriz vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-247/06 P)1

("Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Rapport ta' żvilupp ta' karriera - Eżerċizzju ta' evalwazzjoni 2003 - Appell infondat)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Carlos Sanchez Ferriz (Brussell, il-Belgju) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Berscheid u M. Velardo, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tat-28 ta' Ġunju 2006, Sanchez Ferriz vs Il-Kummissjoni (F-19/05, li għadha ma ġiex ippubblikata fil-Ġabra), sabiex tiġi annullata din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Is-Sur Carlos Sanchez Ferriz għandu jbati l-ispejjeż ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 261, 28.10.2006.