Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' Mejju 2008 - Ott et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-250/06 P)1

("Appell - Appell inċidentali - Ammissibbiltà - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2004 - Attribuzzjoni ta' punti ta' priorità - Dispożizzjonijiet ġenerali ta' eżekuzzjoni ta' l-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Eċċezzjoni ta' illegalità - Sostituzzjoni ta' motivi - Appell parzjalment infondat u parzjalment fondat - Kwistjoni li għadha trid tiġi deċiża - Ċaħda tar-rikors")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Martial Ott (Oberanven, il-Lussemburgu); Fernando Lopez Tola (Lussemburgu, il-Lussemburgu) u Francis Weiler (Itzig, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-30 ta' Ġunju 2006, Ott et vs Il-Kummissjoni (F-87/05, li għadu mhux ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

Id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta' Ġunju 2006, Ott et vs Il-Kummissjoni (F-87/05), huwa annullat, safejn dan jiċħad ir-rikors ippreżentat minn Francis Weiler.

L-appell huwa miċħud għall-kumplament.

L-appell inċidentali huwa miċħud.

Ir-rikors ippreżentat quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bir-riferenza F-87/05 huwa miċħud, safejn dan ġie ppreżentat minn Francis Weiler.

Martial Ott, Fernando Lopez Tola u Francis Weiler għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati ma' din l-istanza kif ukoll 4/5 minn dawk sostnuti mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tbati 1/5 ta' l-ispejjeż tagħha relatati ma' din l-istanza.

Francis Weiler u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati ma' l-istanza quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

____________

1 - ĠU C 281, 18.11.2006.