Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Lulju 2008 - Meyer-Falk vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-251/06)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Thomas Meyer-Falk (Bruchsal, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Crosby, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni kkontestata ;

tikkundanna lill-Kummmissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Novembru 2006, li biha ġie rrifjutat l-aċċess għal żewġ dokumenti dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u r-riforma tal-Ġustizzja fil-Bulgarija. Qabel ma tressaq ir-rikors, ir-rikorrent ressaq talba għal għajnuna legali, li l-Qorti tal-Prim'Istanza laqgħet permezz ta' deċiżjoni tal-21 ta' Jannar 2008.

In sostenn tar-rikors tiegħu, fl-ewwel lok ir-rikorrent jgħid essenzjalment li l-konvenuta kisret il-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba, peress li l-applikazzjoni tar-rikorrent għal aċċess għal dokumenti ġiet rifjutata, minkejja li d-dokumenti kienu aċċessibbli għall-pubbliku bl-eċċezzjoni tar-rikorrent.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jsostni li l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 4(1)(a) u (b) kif ukoll ta' l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 1 hija vvizzjata b'abbuż manifest ta' poter.

____________

1 - Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, p. 43)