Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Marzu 2009 - Interpipe Niko Tube u Interpipe NTRP vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-249/06)1

("Dumping - Importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mill-Kroazja, mir-Rumanija, mir-Russja u mill-Ukrajna - Kalkolu tal-valur normali - Kooperazzjoni tal-industrija Komunitarja - Aġġustament - Funzjonijiet simili għal dawk ta' aġent li jaħdem fuq il-bażi ta' kummissjoni - Entità ekonomika waħda - Żball manifest ta' evalwazzjoni - Offerta ta' impenn - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta' motivazzjoni")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Interpipe Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube ZAT (Interpipe Niko Tube ZAT), preċedentement Nikopolsky Seamless Tubes Plant "Niko Tube" ZAT (Nikopol, l-Ukrajna); u Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant VAT (Interpipe NTRP VAT), preċedentement Nizhnedneprovsky Tube-Rolling Plant VAT (Dnipropetrovsk, l-Ukrajna) (rappreżentanti: inizjalment H.-G. Kamann u P. Vander Schueren, sussegwentement P. Vander Schueren, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, (rappreżentanti: inizjalment H. van Vliet u T. Scharf, sussegwentement M. van Vliet u K. Talabér-Ricz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 954/2006, tas-27 ta' Ġunju 2006, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw fil-Korazja, fir-Rumanija, fir-Russja u fl-Ukrajna, li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 2320/97 u (KE) Nru 348/2000, li jtemm ir-reviżjonijiet interim u ta' skadenza tad-dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar mhux ligat, li joriġinaw, inter alia, fir-Russja u fir-Rumanija, u li jtemm ir-reviżjonijiet interim tad-dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar mhux ligat, li joriġinaw, inter alia, fir-Russja u fir-Rumanija u fil-Kroazja u fl-Ukrajna (ĠU L 175, p. 4).

Dispożittiv

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 954/2006, tas-27 ta' Ġunju 2006, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw fil-Kroazja, fir-Rumanija, fir-Russja u fl-Ukrajna, li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 2320/97 u (KE) Nru 348/2000, li jtemm ir-reviżjonijiet interim u ta' skadenza tad-dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar mhux ligat, li joriġinaw, inter alia, fir-Russja u fir-Rumanija, u li jtemm ir-reviżjonijiet interim tad-dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar mhux ligat, li joriġinaw, inter alia, fir-Russja u fir-Rumanija u fil-Kroazja u fl-Ukrajna, huwa annullat, inkwantu d-dazju antidumping iffissat għall-esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea ta' prodotti mmanifatturati minn Interpipe Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube ZAT (Interpipe Niko Tube ZAT) u Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant VAT (Interpipe NTRP VAT) jeċċedi dak li kien ikun applikabbli li kieku ma sarx aġġustament tal-prezz tal-esportazzjoni minħabba kummissjoni, meta l-bejgħ sar minn intermedjarju ta' negozjant assoċjat, Sepco SA.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u kwart ta' dawk sostnuti mir-rikorrenti. Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 261, 28.10.2006