Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2018 – Simpson vs Il-Kunsill

(Kawża T-646/16 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Avvanz fil-grad – Klassifikazzjoni fi grad – Deċiżjoni li l-persuna kkonċernata ma tingħatax il-grad AD 9 wara li għaddiet minn kompetizzjoni ġenerali ta’ grad AD 9 – Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza wara li l-Qorti Ġenerali bgħatet lura l-kawża – Kompożizzjoni tal-kulleġġ ġudikanti li ta d-digriet fl-ewwel istanza – Proċedura ta’ ħatra ta’ Mħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Qorti stabbilita bil-liġi – Prinċipju ta’ qorti legali”)

Lingwa tal-kawża: T-646/16

Partijiet

Appellant: Erik Simpson (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Velardo, avukat)

Appellat: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u E. Rebasti, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2016, Simpson vs Il-Kunsill (F-142/11 RENV, EU:F:2016:136), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

Id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2016, Simpson vs Il-Kunsill (F-142/11 RENV), huwa annullat.

Il-kawża għandha tintbagħat lura quddiem awla tal-Qorti Ġenerali li ma hijiex dik li ddeċidiet dan l-appell.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________

1     ĠU C 419, 14.11.2016.