Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2021 – Automobiles Citroën vs EUIPO – Polestar (Dispożittiv ta’ żewġ angoli bil-maqlub)

(Kawża T-625/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Automobiles Citroën (Poissy, Franza) (rappreżentant: C. Weyl, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Polestar Holding AB (Götenborg, l-Iżvezja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: Trade mark figurattivi tal-Unjoni Ewropea (Dispożittiv ta’ żewġ angoli bil-maqlub) – Trade mark tal-Unjoni Nru 16 896 532

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Lulju 2021 fil-Każ R 504/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________