Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ottubru 2021 – Carlings vs EUIPO - Margarete Steiff (STUHF)

(Kawża T-635/21)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Carlings AS (Billingstad, in-Norveġja) (rappreżentanti: V. Töbelmann u J. Haesemann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Margarete Steiff GmbH (Giengen an der Brenz, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “STUHF” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 038 089

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Lulju 2021 fil-Każ R 2024/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż;

tikkundanna lill-partijiet l-oħra quddiem l-EUIPO, fil-każ li jintervjenu fil-kawża, għall-ispejjeż rispettivi tagħhom.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________