Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta' Jannar 2012 - Cervecería Modelo vs UASI - Plataforma Continental (LA VICTORIA DE MEXICO)

(Kawża T-205/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali LA VICTORIA DE MEXICO - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti li tinkludi l-element verbali 'victoria' u trade mark nazzjonali verbali preċedenti VICTORIA - Rifjut parzjali ta' reġistrazzjoni - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Cervecería Modelo, SA de CV (Messiku, il-Messiku) (rappreżentant: C. Lema Devesa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Plataforma Continental, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: P. González Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta' Marzu 2010 (Każ R 322/2009-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Plataforma Continental, SL u Cervecería Modelo, SA de CV.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Cervecería Modelo, SA de CV hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 179, 03.07.2010