Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2020 – Ir-Repubblika ta’ Ċipru vs Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-549/20)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentant: Eirini Neofytou)

Konvenuti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru vs Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikolu 1(3) tar-Regolament (UE) 2020/10551 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009, (KE) Nru 1072/2009 u (UE) Nru 1024/2012 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur tat-trasport bit-triq, fil-parti li fiha din id-dispożizzjoni tipprevedi il-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1071/2009. Sussidjarjament, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li dan ikun possibbli, hija qiegħda tintalab tannulla l-Artikolu 1(3) fl-intier tiegħu;

sussidjarjament, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tqis bħala inammissibbli kawża intiża għall-annullament parzjali tar-regolament ikkontestat kif deskritt fil-punt preċedenti, tannulla r-Regolament (UE) 2020/1055 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009, (KE) Nru 1072/2009 u (UE) Nru 1024/2012 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur tat-trasport bit-triq;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tat-talba tagħha r-rikorrenti tinvoka seba’ motivi għall-annullament:

L-ewwel motiv għal annullament: ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuti kisru l-Artikolu 90 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 3(3) TUE, l-Artikolu 11 TFUE, l-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 3(5) TUE, l-Artikoli 208(2) u 216(2) TFUE u t-Trattat ta’ Pariġi.

It-tieni motiv għal annullament: ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuti kisru l-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif previst fl-Artikolu 5(4) TUE u u fl-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità, anness mat-TUE u mat-TFUE.

It-tielet motiv għal annullament: ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuti kisru l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni, li jirriżultaw mill-Artikolu 18 TFUE u mill-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-prinċipju ta’ ugwaljanza tal-Istati Membri fir-rigward tat-Trattati, li tirriżulta mill-Artikoli 4(2) TUE, u, sa fejn dan jitqies ne ssostni li l-konvenuti kisru l-prinċipju ta’ neċessarju mill-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 95(1) TFUE.

Ir-raba’ motiv għal annullament: ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuti kisru l-Artikolu 91(1) TFUE.

Il-ħames motiv għal annullament: ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuti kisru l-Artikolu 91(2) TFUE u l-Artikolu 90 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 3(3) TUE u l-Artikolu 94 TFUE.

Is-sitt motiv għal annullament: ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuti kisru l-prinċipji ta’ libertà ta’ impriża u ta’ libertà ta’ stabbiliment, li jirriżultaw mill-Artikolu 49 TFUE u mill-Artikoli 15 u 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Is-seba’ motiv għal annullament: ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuti kisru l-Artikolu 58(1) moqri flimkien mal-Artikolu 91 TFUE u, sussidjarjament, l-Artikolu 56 TFUE.

____________

1     ĠU 2020, L 249, p. 17.