Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Diċembru 2020 – Senatsverwaltung für Inneres und Sport, Standesamtsaufsicht vs TB

(Kawża C-646/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: Senatsverwaltung für Inneres und Sport, Standesamtsaufsicht

Appellat: TB

Partijiet oħra fil-proċedura: Standesamt Mitte von Berlin, RD

Domandi preliminari

Għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(1)(a), tal-punt 4 tal-Artikolu 2, tal-Artikolu 21(1) u tal-Artikolu 46 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 1 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Brussell IIa”), qegħdin isiru d-domandi preliminari li ġejjin:

Xoljiment taż-żwieġ fuq il-bażi tal-Artikolu 12 tad-decreto-legge n. 132 (id-Digriet Liġi Nru 132) tat-12 ta’ Settembru 2014 huwa deċiżjoni ta’ divorzju fis-sens tar-Regolament Brussell IIa?

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda: xoljiment taż-żwieġ fuq il-bażi tal-Artikolu 12 tad-decreto-legge n. 132 (id-Digriet Liġi Nru 132) tat-12 ta’ Settembru 2014 għandu jiġi ttrattat bl-applikazzjoni mutatis mutandis tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 46 tar-Regolament Brussell IIa dwar id-dokumenti awtentiċi u l-ftehimiet?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243, rettifika fil-ĠU 2013, L 82, p. 63.