Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2013 – Vakoma vs UASI - VACOM

(Kawża T-535/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vakoma GmbH (Magdeburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Kazzer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: VACOM Vakuum Komponenten & Messtechnik GmbH (Jena, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-konvenut bir-referenza Nru R 0908/2012-1 tal-1 ta’ Awwissu 2013 u nnotifikata fis-6 ta’ Awwissu 2013, kif ukoll tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-konvenut tat-12 ta’ Marzu 2012, u tiċħad l-oppożizzjoni Nru B1 833 915 bħala infondata;

tikkundnana lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “VAKOMA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 40 u 42 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 437 963

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: VACOM Vakuum Komponenten & Messtechnik GmbH

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Komunitarja “VACOM” għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.